“Flimkien napprezzaw l-għożża u l-kumditajiet li aħna mdawwrin bihom. Napprezzaw kemm hija sabiħa l-paċi”
Dan kien il-messaġġ li wassal il-President ta’ Malta, George Vella hekk kif issa jinsab qrib it-tmiem tal-ħidma tiegħu bħala President.
George Vella fakkar il-ħidma tiegħu matul dawn is-snin illi kienet tikkonsisti f’appuntamenti soċjali, qadi marbut ma’ ġimgħat ta’ festi, ħidma ta’ karità u ħafna responsabiltajiet oħra. Fejn fost l-oħrajn kienu jinkludu l-Pandemija tal-COVID19, illi ukoll ġabet magħha ħafna responsabbiltajiet fosthom l-għajnuna l-dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.
Fl-aħħar diskors tal-Milied tiegħu fakkar li bħal lum, ħafna jħarsu lura lejn l-isfidi ta’ matul is-sena, għaliex żgur li ħadd ma jinsab ħieles mill-inkwiet. Fejn stqarr illi bħala President iltaqa’ ma ħafna li kellhom bżonn għajnuna u widen.
Huwa fakkar ukoll illi l-ħidma kollha tiegħu ma setgħetx issir mingħajr is-sinjura Miriam Vella u fl-aħħar il-poplu Malti u Għawdxi.
Intant huwa fakkar fil-gwerer illi għaddejin madwar id-dinja fosthom fis-Sudan, fl-Ukrajna u fl-Art Imqaddsa fejn numru ta’ familja sfaw imkissrin u maqtula. Il-President fakkar illi huwa għalhekk illi importanti li flimkien napprezzaw l-għożża u l-kumditajiet li bosta huma mdawwrin bihom.
Biex issegwi l-aħħar messaġġ tal-President George Vella bis-sħiħ, uża din il-link:
//= $special ?>