Futbol Sport

Wolves jegħlbu lil Chelsea fil-Molineux

(Ritratt: EPA)

Wolves kisbu rebħa ta’ 2-0 f’darhom fuq Chelsea biex b’hekk laħquhom fil-klassifika bil-Blues jibqgħu jiddiżappuntaw dan l-istaġun.

Wolves fetħu l-iskor wara 51 minuta permezz ta’ Mario Lemina li b’daqqa ta’ ras għeleb lil Petrovic minn korner mogħti minn Sarabia.

Woves issiġillaw ir-rebħa fit-93 minuta meta Matt Doherty xeħet ġewwa b’xutt fir-rokna tax-xibka.

Chelsea skorjaw gowl ftit minuti wara minn Christopher Nkunku, madankollu l-gowl tal-Franċiż wasal tard wisq u kien biss ta’ konsolazzjoni għall-Blues.