Wara tant stennija wasal il-25 ta’ Diċembru – jum il-Milied li għal insara – madwar id-dinja jfisser iċ-ċelebrazzjoni mat-twelid ta’ Ġesù bambin.
Dan huwa perjodu ta’ bosta tradizzjonijiet; mhux b’inqas fejn jidħol l-ikel.
Il-Ħadd, NetNews żar il-Belt Valletta fejn staqsejna lin-nies x’inhi l-ikla favorita f’Jum il-Milied u minn dak li qalulna, jidher li hemm platt li għadu ferm għal qalb il-familji.
L-ikla ta’ Jum il-Milied hija l-ikla fejn ħafna familji jkunu ħerqanin għaliha; opportunita biex jingħaqqdu kollha fuq il-mejda tal-ikel u jqattgħu ftit ħin ma’ xulxin.
U din is-sena, il-Milied se nkunu qed nesperjenzawh f’temp pjuttost imsaħħab u b’riħ qawwi – għalkemm jidher li se jkun jum mingħajr xita, u b’temperaturi medji ta’ 17-il grad celcius.
//= $special ?>