“Ħuti, ejjew nitolbu għall-paċi f’Iżrael u fil-Palestina”.
Fil-messaġġ tradizzjonali tiegħu Urbi et Orbi, minn Pjazza San Pietru, f’Ruma, il-Papa Franġisku fakkar fl-ostaġġi f’Gaża filwaqt li tenna “Inġorr f’qalbi l-uġigħ għall-vittmi tal-attakk tas-7 ta’ Ottubru u nġedded appell urġenti għall-ħelsien ta’ dawk li għadhom miżmuma ostaġġi”.
Il-Papa talab ukoll għal waqfien mill-ġlied u li s-sitwazzjoni umanitarja ddisprata tiġi rimedjata permezz tal-għajnuna.
Il-Kap tal-Knisja Kattolika irrefera wkoll għat-tensjonijiet u l-kunflitti li ħarbtu r-reġjun tas-Sudan, kif ukoll il-Kamerun, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u s-Sudan t’Isfel.
Il-Papa Franġisku qal li jalla l-Iben t’Alla, li sar Bambin umli, jispira lill-awtoritajiet politiċi u lin-nies kollha ta’ rieda tajba fil-kontinent Amerikan, sabiex jinstabu soluzzjonijiet xierqa biex jingħeleb n-nuqqas ta’ qbil soċjali u politiku, biex jiġġieldu kontra l-forom ta’ faqar, biex jiġu livellati l-inugwaljanzi u biex tiġi ndirizzata l-migrazzjoni”.
Intant, waqt il-quddiesa fil-Bażilika ta’ San Pietru, lejlet il-Milied, il-Papa Franġisku tenna li ‘Qalbna llejla tinsab f’Betlem’ meta fakkar fil-belt fix-Xatt tal-Punent, fejn mhux se jkun hemm ċelebrazzjonijiet bħala sinjal ta’ solidarjetà għas-sitwazzjoni f’Gaża.
//= $special ?>