Diversi persuni fis-Serbja ipprotestaw il-Ħadd billi pruvaw jattakkaw is-sala tal-belt ta’ Belgrad wara li qed ikun allegat li kien hemm frodi fl-elezzjoni ġenerali tal-ġimgħa l-oħra. Il-pulizija intervjenew wara li d-dimonstranti kissru t-twieqi u ppruvaw jidħlu fis-sala tal-kapitali.
Attivisti mill-oppożizjoni sostnew li l-pulizija użaw forza eċċessiva kontra d-dimonstranti, hekk kif użaw gass tad-dmugħ kif ukoll vjolenza kontrihom.

Id-dimonstranti jiffurmaw parti mill-koalizzjoni tal-oppożizzjoni tas-Serbja kontra l-vjolenza. Huma qed jiġġieldu sabiex l-elezzjoni terġa ssir, għaliex qed jinsistu li l-Gvern qabbad eluf ta’ persuni sabiex ibiddlu l-vot fl-elezzjoni tal-belt ta’ Belgrad. Saħansitra anke osservaturi internazzjonali irrapurtaw irregolaritajiet f’din l-elezzjoni.
Il-kummissjoni elettorali ħabbret nhar il-Erbgħa li l-elezzjoni se terġa’ ssir f’madwar 30 post tal-votazzjoni biss, meta hemm madwar 8,000 post tal-votazzjoni fis-Serbja kollha.
