Internazzjonali

Jiċċelebraw il-Milied għall-ewwel darba fil-jum propja

Diversi insara Ortodossi fl-Ukrajna iċċelebraw il-Milied għal ewwel darba din is-sena fil-jum propju tieghu. Dan hekk kif skont il-kalendarju Julian li jużaw l-Ukreni, il-Milied tagħhom normalment jaqa’ fis-7 ta’ Jannar.

Wara pass ħa għamel il-President Ukren Zelensky Lulju li għadda, hu biddel il-liġi sabiex l-Ukreni jkunu jistgħu jiċċelebraw il-Milied f’ġurnata oħra – li mhux f’Jannar bħal ma jicċċelebraw ir-Russi.

Anke xi knejjes Ortodossi fl-Ukrajna qed ibiddlu l-ġurnata uffiċjali tal-Milied għall-25 ta’ Diċembru, f’pass sabiex jimxu ‘l bogħod mit-tradizzjonijiet Russi, wara li dan il-pajjiż invada l-Ukrajna fi Frar tal-2022.

Minkejja dan, miljuni ta’ Ukreni xorta mistennija jfakkru il-Milied fis-7 ta’ Jannar, filwaqt li ħafna ser jaghzlu li jiċċelebraw il-Milied darbtejn.