Internazzjonali

Messiku: Tħassib dwar eżodu enormi ta’ immigranti

Fl-24 ta’ Diċembru, madwar 8,000 persuna ta’ kull eta mill-Veneżwela, Kuba u l-Messiku, iffurmaw parti min purċissjoni wara banner li fuqu hemm miktub “Eżodu tal-Faqar”.

Dan qed isir ftit jiem qabel is-Segretarju tal-Istat Amerikan Antony Blinken għandu jasal fil-Belt tal-Messiku, fejn irid jagħmel deals ġodda biex jikkontrolla l-immigrazzjoni.

Dan wara li n-numru ta’ persuni li qasmu mill-fruntiera tan-nofsinhar tal-Amerika qabżu ż-żewġ miljuni fl-2022 u fl-2023.

F’Settembru tal-2023 biss dawn qabżu l-200,000 persuna.

Il-President tal-Messiku minn naħa tiegħu sostna li jrid jerġa’ jaħdem mal-Istati Uniti rigward it-tħassib dwar l-immigrazzjoni, u dwar dan ser jiltaqa ma’ Blinken nhar il-Erbgħa.