LoveMalta, pjattaforma fuq l-internet, ippublikat ritratt ta‘ presepju fil-pjazza ta‘ San Lawrenz, Ghawdex fuq il-paġna tal-Facebook taghha. Fi ftit jiem dan ir-ritratt rawh iktar minn 13-il miljun persuna. Ir-ritratt ġabar ukoll iktar minn 260 elf like. Bosta mir-ritratti li jintwerew fuq LoveMalta huma ta‘ dilettanti Malti u barranin. Dan ir-ritratt li dar id-dinja huwa ta‘ Rose Micallef.
Hekk kif il-midja soċjali bidlet il-mod kif ngħaddu l-awguri, dan ir-ritratt huwa rekord assolut ghal ritratt mehud f’Ghawdex li tista’ tgħid li dar id-dinja fi ftit jiem. LoveMalta li topera wkoll is-sit www.lovemalta.com hija inizzjattiva privata li ghandha l-għan li tippromwovi lil Malta b’mod pożittiv madwar id-dinja. Dan isir permezz tal-midja soċjali li fl-aħħar snin bidlet il-mod kif wieħed jirriklama pajjiżu.
Id-Direttur ta’ LoveMalta, Melvyn Mangion, stqarr ma’ Net News li dan ir-ritratt kellu rispons tant tajjeb minħabba fatturi varji. Fosthom insibu in-natura tar-ritratt innifsu li juri dak li tassew huwa jew għandu jkun Għawdex, cioe post fejn wieħed jagħraf vera it-tradizzjonijiet Maltin, in-natura u is-sens ta’ kalma u paċi. Fattur ieħor kien il-fatt li ir-ritratt intgħoġob minn pjattaformi diġitali b’saħħithom u b’hekk dawn għenu biex jinxtered. Is-suċċess ta’ dan ir-ritratt jikkonferma li in-nies tħobb u tfittex xenarji u attivitajiet ta’ għaqda, ferħ u tradizzjoni f’ambjent tipiku Malti u Għawdxi.
//= $special ?>