Kuntratt ieħor fenomenali fil-baseball Amerikan. Los Angeles Dodgers iffirmaw lill-pitcher tal-lemin il-Ġappuniż Yoshinobu Yamamoto b’kuntratt ta’ 12-il sena li jiswa kważi €300 miljun.
LA Dodgers se jħallsu wkoll tariffa ta’ €45 miljun maħsubha biex tikkumpensa lit-timijiet Ġappuniżi.
Yamamoto ,ta’ 25 sena ingħaqad ma’ Los Angeles Dodgers mingħand Orix Buffaloes. Għal Yamamoto kien hemm interess minn diversi timijiet, fosthom New York Yankees. Aktar kmieni f’Diċembru, Dodgers iffirmaw lill-kompatrijott tiegħu Shohei Ohtani f’kuntratt rekord ta’ kwazi €600 miljun għal kuntratt ta’10 snin.
Ohtani kkummenta li l-għan ewlieni tiegħu huwa li jgħin lil Los Angeles Dodgers biex jirbħu l-Baseball Major League.
Dodgers rebħu l-aħħar titli tagħhom mis-seba’ World Series fl-2020.