Sport Sport Ieħor

Boxing: Anthony Joshua jegħleb faċilment lill-Iżvediż Otto Wallin

Fil-Kingdom Arena ta’ Riyadh fil-kategorija heavyweight, il-Brittaniku Anthony Joshua reġa’ rebaħ fl-aħħar ġlieda għall-2023 kontra Otto Wallin tal-Iżvezja.

Joshua ddomina għal kollox lill-avversarju li deher f’diffikultà għal ħafna ħin b’Joshua jattakka kontinwament bix-xellug u l-lemin. Riżultat ta’ dan Otto Wallin ċeda bejn il-ħames u s-sitt round bir-referee jikkonferma r-rebħa lil Anthony Joshua.

Preżenti għal din il-ġlieda f’Riyadh kien hemm Cristiano Ronaldo kif ukoll l-eks Champion tal-Ultimate Fighting Championship l-Irlandiż Conor McGregor.

Fl-istess waqt ġlieda oħra fil-kategorija heavyweight bejn il-boxer minn New Zealand Joseph Parker u l-Amerikan Deontay Wilder b’rebħa għal Parker b’deċiżjoni unanima tal-ġurija fi tmiem it-8 Round. Il-ġurija taw il-verdett tagħhom bi skores ta’ 118-111, 118-110 u 120-108, sabiex issa bdew l-ispekulazzjonijiet biex Joseph Parker jiġġieled kontra Anthony Joshua fl-2024.