Internazzjonali

Franza: Suspettat bl-omiċidju ta’ martu u erba’ uliedu ċkejknin

Raġel ta’ 33 sena spiċċa arrestat mill-pulizija  li qed jissuspettawh dwar l-qtil ta’ martu u l-erba’ uliedhom.

L-investigazzjoni rrankat ladarba l-ħames katavri nstabu f’appartament fl-inħawi ta’ Meaux, lejn il-Grigal ta’ Pariġi — bl-awtoritajiet jiżvelaw li t-tfal maqtula kellhom bejn disa’ xhur u għaxar snin.

Il-pulizija li daħlu fl-appartament sabu quddiemhom xena ta’ vjolenza estrema fil-kmamar ‘mimlijin bid-demm’,  iżda ma raw l-ebda żgass fil-bieb tal-appartament. Dan meta l-pulizija mhumiex jaħsbu li l-mara u t-tfal setgħu sfaw vittma ta’ xi aggressur li kien daħal għalihom għall-għarrieda.

Il-pulizija saret taf bl-omiċidju wara li kuntattjathom mara, ġar tal-familja, li, wara diversi tentattivi biex tkellem lill-omm, sabet il-bieb tal-appartament imċappas bid-demm u f’liema ħin intebħet li kien hemm ‘xi ħaġa ħażina’.