Internazzjonali

“L-ebda tama li l-attaki bl-ajru minn Iżrael jonqsu” – in-Nazzjonijiet Uniti

M’hemm l-ebda tama li l-attaki bl-ajru minn Iżrael fuq Gaza jonqsu. Din kienet id-dikjarazzjoni li għamlet kelliema f’isem in-Nazzjonijiet Uniti wara li għamlet vista fl-isptar Al-Aqsa fiċ-ċentru ta’ Gaza.

Dan hekk bosta huma dawk li ndarbu u sfortunatament ma jistgħux jingħataw kura, hekk kif il-ħaddiema mhux qed ilaħqu mal-ammont ta’ nies li jeħtieġu l-għajunua.

Minkejja dan kollu il-Prim Ministru ta’ Iżrael Bejnamin Netanyahu qal li ser ikompli jintensifika l-attakki fuq il-Hamas, hekk kif fi kliemu stess il-ġlieda tal-Militar Iżraeljan fadlila sew milli tintem.

Intant Netanyahu qal dan ftit ġarent biss wara li s-Segretarju tal-Istat Amerikan, Antony Blinken appella biex Iżrael inaqqas l-intensita tal-attakki fuq Gaza. Waqt li minn naħa l-oħra il-Pentagon qal li l-armata tal-Istati Uniti, wetqet attakk mill-ajru fuq militari Iranjani fl-Iraq wara li dawn għamlu attakk fuq Irbil fl-Iraq li fih ġew midruba tlett militari tal-Istati Uniti.