Il-jum ta’ wara l-Milied, il-festa ta’ San Stiefnu jew Boxing Day hija festa li tiġi iċċelebrata f’nurmu ta’ pajjiżi fosthom l-Ingliterra, Wales, il-Kanada, l-Awstrija, u anka l-Afrika ta’ Isfel – għalkemm fl-Istati Uniti qatt ma kienet popolari bħala festa.
Iżda wieħed jistaqsi… kif oriġina l-isem Boxing Day?
Bosta jgħidu li l-isem oriġina minn żmien ir-Reġina Vittorja fejn dawk sinjuri kienu jagħtu lis-sefturi tagħhom u lill-foqra numru ta’ rigali li kienu jkunu ippakjati f’kaxxi. Minn naħa l-oħra dawn is-sefturi kienu jgawdu minn ġurnata franka; u kienu jieħdu dawn il-kaxxi bir-rigali lill-familji tagħhom.
Oħrajn jgħidu li l-isem Boxing Day ġie ispirat mill-kaxxi li numru ta’ ħaddiema kienu jingħataw minghand l-imgħallem tagħhom.
Għalkemm hemm uħud illi jgħidu li l-oriġini tal-isem ġie ispirat mill-kaxxi li kienu jitħallew f’numru ta’ knejjes biex jinġabru donazzjonijiet għal dawk inqas fortunati. Kaxxi li kienu jinfetħu fil-jum tal-Milied pero kienu jitqassmu l-għada.
Waqt li dawn il-kaxxi illum il-ġurnata ma għadhomx daqsekk popolari – numru ta’ knejjes għadhom jitolbu għal xi ikel u affarijiet oħra tal-ħwejjeġ sabiex jitqassmu l-għada tal-Milied.
Bosta jqatgħu din il-festa flimkien mal-familja tagħhom f’atmosfera rilassanti u fost l-ikel tradizzjonali abbinat ma din il-ġurnata insibu perżut moħmi, puddini u l-famużi mince pies….u anka ħobż bil-biċċiet tad-dundjan. Hekk kif ġeneralment l-ikla ta’ dan il-jum kienet tinkludi bosta fdalijiet tal-ikel mil-ġurnata ta’ qabel.
Intant fir-Renju Unit hemm dawk li jiċċelebraw il-festa ta’ Boxing Day billi jsegwu varjeta ta’ sports fosthom żwiemel, rugby, kif ukoll logħob tal-football.
Interessanti l-fatt li sas-snin 50…fil-jum tal-Milied kien ikun hemm bosta partiti tal-football; għalkemm dawn eventwalment kienu twaqqfu għal kollox u ġew trasferiti għall-għada tal-Milied.
//= $special ?>