Futbol Sport

Organizzat it-tournament annwali b’risq l-Istrina

Fis-Centenary Stadium l-appuntament annwali għat-Tournament Kwadrangolari organizzat mill-Għaqda Ġurnalisti Sports. Tournament li l-għan ewlieni kien li jinġabru fondi b’risq Istrina.


Fit-Tournament ta’ din is-sena ipparteċipaw timijiet mill-Għaqda Ġurnalisti Sports, membri tal-Malta Football Referees Association , tim tal-istaff tekniku tal-MFA kif wkoll għall-ewwel darba it-tim ta’membri parlamentari


It-tim tal-istaff tekniku tal-MFA rebaħ l-edizzjoni ta’ din is-sena wara rebħa ta’ 3-0 kontra l-Parlamentati, draw ta’ 1-1 kontra r-Referees u rebħa ta’ 1-0 fil-partita deciżiva kontra l-Għaqda Ġurnalisti Sports. Fit-tieni post it-tim tal-Malta Football Referees Association li temm fi draw ta’ 0-0 kontra l-ġurnalisti u 1-1 kontra l-istaff tal-MFA flimkien mar-rebħa kbira ta’ 9-0 kontra l-parlamentari.

Għal din l-attività attenda l-President ta’ Malta George Vella flimkien mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech u l-uffiċjali għolja tal-MFA il-President Bjorn Vassallo u s-Segretarju Ġenerali Angelo Chetcuti.