Lokali

Tifel ta’ 3 snin fil-periklu tal-mewt wara li ħarab minn campsite u waqa’ minn irdum

Tifel ta’ tliet snin qed jissielet għal ħajtu wara li għall-ħabta tat-3 am telaq minn fejn il-qraba tiegħu li kienu f’campsite u waqa’ minn irdum.

Il-Pulizija ġiet mitluba tassisti fiz-zona ta’ campsite fl-inħawi tal-Aħrax tal-Mellieħa minħabba li t-tifel ma setax jinstab. Uffiċjali tal-Pulizija u dawk mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, tim mediku bdew bi tfittxija taħt l-irdumijiet, fejn fi ftit ħin instab u ttella’ fuq l-art.

Iktar tard huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Giannella Camilleri Busuttil kienet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.