Sport Sport Ieħor

Ibburdjar: Andoo Comanche fuq quddiem fit-tellieqa Rolex Sydney Hobart

Ingħata bidu għal waħda mill-aktar kompetizzjonijiet klassiċi fl-ibburdjar, it-tellieqa Rolex Sydney Hobart, li mistennija tipprovdi finali mill-isbaħ meta d-dgħajes ewlenin ikomplu fir-rotta lejn it-Tasmania.

Fuq quddiem fit-tellieqa tal-Cruising Yacht Club tal-Awstralja għall-ewwel post fuq il-linja, Andoo Comanche kien għadu b’vantaġġ fuq LawConnect, iżda 5 mili nawtiċi biss isseparaw liż-żewġ maxi yachts.

Comanche u Law Connect kienu 101 u 107 mil nawtiku fil-lvant ta’ Helen’s Point rispettivament.

Fit-tellieqa għat-tielet post 7.6mil nawtiku biss isseparaw lil URM Group ta’ Anthony Johnston u Moneypenny ta’ Sean Langman.

Kathy Veel, sid u ko-kaptan ma’ Bridget Canham tal-Currawong 30, irtira aktar kmieni filgħodu fejn kien is-sitt minn 11-il dgħajsa li rtiraw mit-tellieqa sal-lum. Issa hemm 92 dgħajsa li għadhom qed jikkompetu.