Jinstab mejjet l-attur Lee Sun-kyun, magħruf l-aktar għall-irwol tiegħu fil-film Parasite li kien rebaħ erba’ Oscars.
Sun-kyun ta’ 48 sena nstab mejjet f’karozza f’park ċentrali ta’ Seoul. Huwa magħruf li ftit ta’ żmien ilu huwa kien taħt investigazzjoni tal-pulizija dwar l-allegat użu tiegħu ta’ marijuana u drogi oħra. Fil-fatt fi tmiem il-ġimgħa huwa ġie interrogat tliet darbiet mill-pulizija.
Sun-kjun għamel id-debutt tiegħu bħala attur fl-2001 f’sitcom televiżiv bit-titlu Lovers wara li gradwa mill-Università Nazzjonali tal-Arti tal-Korea. Iktar tard huwa rebaħ diversi premji għal numru ta’ rwoli differenti li għamel imma huwa l-aktar magħruf għall-irwol tiegħu fil-film Parasite.
//= $special ?>