Lokali

Bernard Grech isellem il-memorja tal-eks President tal-Kummissjoni Ewropea

Il-kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech sellem il-memorja tal-eks President tal-Kummissjoni Ewropea Jacques Delors li miet illum fl-età ta’ 98 sena.

Delors kien promutur kbir tal-politika Ewro-Mediterranea. Kien taħt it-tmexxija ta’ Jacques Delors li Malta għamlet it-talba biex tissieħeb fil-komunità Ewropea, b’viżjoni għaqlija ta’ Gvern Nazzjonalista.

Delors kien faħħar l-irwol li kellha Malta bħala pont bejn l-Ewropa u l-kumplament tal-Mediterran.

Perezz ta’ media post Bernard Grech wassal il-kondoljanzi lill-familjari ta Jacques Delors.