Sena ġdida ġġib magħha diversi kunċerti madwar id-dinja fejn wieħed ikun jista’ jgawdi mal-għeżież tiegħu. Malta mhux b’inqas hekk kif ser jerġa’ jirritorna l-Kunċert tal-President bis-sehem tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta mmexxija mis-surmast Grieg Michalis Economou.
Is-serata ser toffri esperjenza unika għall-udjenza bi programm imżewwaq b’mużika magħrufa fid-dinja tal-mużika klassika kif ukoll dik folkloristika Maltija. Ser jiġi ukoll esegwit xogħol ta’ kompożituri bħal Gioachino Rossini, Giuseppe Verdi, Wolfgang Amadeus Mozart. Ser tiġi esegwita wkoll mużika tal-kompożitur Malti Charles Camilleri.
F’dan il-kunċert annwali ser jieħdu sehem is-soprano Gillian Zammit, il-mezzo-sopran Marvic Monreal, il-baritonu Piero Terranova kif ukoll il-ballerina Brenda Lee Grech. Ser jingħaqdu magħhom ukoll Kelsey Carabott, Madeleine Gruppetta, Angelica Buontempo u Daphne Camilleri li huma membri tat-Teatru Manoeal Youth Opera.
Intant id-dħul ta’ dan il-kunċert ser ikun b’risq The Malta Community Chest Fund
Il-kunċert ser isir nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Diċembru fis-7pm fid-Dar il-Mediterran u ser ikun segwit minn riċeviment.
//= $special ?>