Lokali Qorti

Liberat wara li l-vittma rtirat l-akkuża ta’ stupru

Hirotaka Miyamoto, Ġappuniż ta’ 41 sena, ġie lliberat minn akkużi ta’ stupru b’rabta ma’ każ li beda f’Awwissu li għadda.

L-allegata vittma, li kienet f’relazzjoni ma’ Miyamoto, għall-ewwel sostniet li kien stupraha fir-residenza tiegħu. Madankollu, waqt il-proċeduri, il-mara rtirat l-akkużi tagħha, u saħqet li l-istupru ma kienx seħħ.

Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, li ppresjediet il-kawża, innotat ix-xewqa qawwija tal-allegata vittma li twaqqaf il-proċeduri u t-talba tagħha biex tirtira r-rapport kontra Miyamoto.

Il-Qorti kkunsidrat l-istorja tar-relazzjoni bejn l-akkużat u l-allegata vittma, u wasslet għall-konklużjoni li, minħabba r-ritrattazzjoni tagħha, l-azzjoni kriminali kontra Miyamoto ma setgħetx tipproċedi – u għaldqastant ġie lliberat.