Lokali Qorti

Mixli b’akkużi ta’ malafama fuq il-pulizija

Lamin Samura Seguba, ċittadin tal-Gambja ta’ 38 sena, ingħata l-libertà proviżorja wara li ġie mixli b’akkużi ta’ malafama fuq uffiċjali tal-pulizija – li sejjaħ bħala “ħallelin armati” u “qattiel”.

Il-prosekuzzjoni żvelat li Seguba ħażżeż dawn il-messaġġi mal-ħitan taċ-ċella fil-lockup fil-Furjana, fejn kien qed jinżamm mill-pulizija wara li allegatament ħażżeż messaġġ fl-art f’San Pawl il-Baħar fil-21 ta’ Novembru.

Seguba, wiċċ familjari mal-Pulizija tad-Distrett, naqas milli jikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-pleġġ, u għaldaqstant kien arrestat għat-tieni darba.

Minkejja li wieġeb mhux ħati ta’ akkużi li jinkludu vandaliżmu u ksur tal-kundizzjonijiet tal-pleġġ, il-Maġistrat Elaine Rizzo tatu l-libertà proviżorja b’depożitu ta’ €2,500 u garanzija personali ta’ €3,000, filwaqt li ordnat li jiffirma l-għassa kuljum. L-Ispettur Warren Galea mexxa l-prosekuzzjoni, filwaqt li l-avukati Franco Debono u Marion Camilleri dehru għall-akkużat