Saret is-66 Edizzjoni tal-għażla għall-Aqwa Atleta għas-sena 2023 organizzata mill-Agenzija tal-Istampa tal-Polonja.
B’kollox taw il-preferenzi tagħhom 22 aġenzija tal-aħbarijiet fl-Ewropa fosthom il-media tagħna, Media.Link Communications għal Malta.
B’178 preferenza fl-ewwel post temm in-numru 1 tat-tennis mondjali Novak Djokovic tas-Serbja.
Djokovic rebaħ dan l-unur għall-ħames darba fil-karriera wara suċċessi fl-2011, 2015, 2018 u fl-2021.
B’150 preferenza fit-tieni post temm Max Verstappen tal-Olanda rebbieħ tal-Kampjonat tal-Formula 1 filwaqt li fit-tielet post temm Armand Duplantis tal-Iżvezja, bla dubju n-numru 1 fil-polevault fid-dinja.
Din l-għażla mill-Aġenzija tal-Istampa tal-Polonja ilha ssir sa mill-1958.
//= $special ?>