Raġel ta’ 56 sena residenti l-Gudja kellu jittieħed l-isptar Mater Dei wara li ttajjar minn karozza f’Ħaż Żebbuġ.
L-inċident seħħ kmieni l-Erbgħa filgħodu għall-ħabta tal-5:30 fi Triq l-Imdina.
Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjoni li saret irriżulta li r-raġel intlaqat minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 39 sena residenti l-Marsa.
Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti filwaqt li r-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>