Basketball Sport

Rekord negattiv għal Detroit Pistons fl-NBA

Record negattiv għal Detroit Pistons fejn għandhom l-itwal sensiela ta’ telfiet fi staġun tal-NBA wara li Brooklyn Nets tawhom is-27 telfa konsekuttiva.

Detroit, li kienu rebħu tnejn mill-ewwel tliet logħbiet tagħhom ta’ dan il-kampjonat sfaw megħluba 118-112 f’darhom minn Brooklyn Nets. Fir-raba’ sessjoni, Detroit Pistons, immexxija minn Cade Cunningham li għamel 41 punt, kellhom vantaġġ 97-92, madankollu Nets ħadu l-kontroll bi 13-il punt bla risposta b’Cameron Johnson jgħamel 24 punt.

Pistons imisshom jilagħbu f’Detroit kontra Boston Celtics, li għandhom l-aqwa rekord tal-NBA.

Telfa oħra tpoġġihom flimkien mal-Philadelphia 76ers, li tilfu 28 partita konsekuttiva matul l-istaġuni 2014-15 u 2015-16.

Andre Drummond għamel 24 punt u żied 25 rebound biex għen lil Chicago Bulls jegħlbu lill-Atlanta Hawks 118-113. Drummond sar biss is-sitt plejer li rreġistra aktar minn 20 punt u rebounds fl-istess logħba NBA dan l-istaġun hekk kif il-Bulls kisbu r-raba’ rebħa f’ħames logħbiet.