Roberta Metsola, Taylor Swift, Jenny Hermoso u Olena Zelenska huma wħud mill-ismijiet li ġew magħżula mill-ġurnal prominenti Taljan ‘Corriere della Sera’ bħala personalitajiet femminili li mmarkaw is-sena 2023.
F’din il-lista, Metsola hi l-uniku Maltija – bil-President tal-Parlament Ewropew imniżżla ma’ personaġġi bħall-Prim Ministru Taljan Giorgia Meloni, il-kantanta Shakira, u r-reġina tal-iskiing Sofia Goggia.
Ftit tal-ġimgħat ilu, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola ġiet imsemmija minn Time Magazine bħala waħda mill-aqwa mexxejja fid-dinja.
Il-magazine segwit madwar id-dinja kollha ppublika l-lista ‘Time100 Next’ li fiha jissemmew l-aktar 100 individwu li jkunu qed iħallu impatt madwar id-dinja f’diversi oqsma, fosthom il-politika, is-saħħa, l-klima, n-negozji, l-isport u l-arti.
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen kitbet t-testimonjanza għall-President Metsola, li fiha qalet li Roberta Metsola ressqet l-Unjoni Ewropea viċin in-nies.
//= $special ?>