Lokali

Sitwazzjoni diżastruża f’Mater Dei

Il-kundizzjonijiet miżeri fl-isptar Mater Dei għadhom jippersistu hekk kif għal darb’oħra hemm ward li tinsab fi stat diżastruż għall-aħħar.

Jidher li l-ward MIU 4 għandha bżonn ix-xogħol ta’ tindif fis-saqaf, hekk kif skont dan ir-ritratt jidher biċ-ċar is-sitwazzjoni li fiha qed jinżamm. Din mhux l-ewwel darba li smajna b’każ bħal dan. Fil-fatt kmieni din is-sena kienu id-diversi tħassib fuq wards oħra minħabba irwejjaħ qawwija ta’ drenaġġ. Tant li diversi individwi kienu tkellmu ma’ Net News u qalu li huwa inaċċetabbli li wieħed jingħata kura f’dawn il-kundizzjonijiet

Intant il-President tal-MUMN Paul Pace f’risposta lejn il-Budget 2024 saħaq li l-iktar ħaġa li xtaqu kienet li l-ħaddiema tal-isptar jaħdmu f’ambjent aħjar. Dan wara li kompla jgħid li s-settur tas-saħħa jiddependi fuq il-professjonisti iżda ukoll fuq l-ambjent li fih jaħdmu. Pero jidher li dan kollu qed jasal fuq widnejn torox hekk kif is-siwazzjoni għadha ma nbidlitx.