Tifel ta’ 6 snin weġġà gravi wara li waqa’ żewġ sulari mill-bejt ta’ residenza fis-Swieqi.
L-inċident seħħ it-Tlieta waranofsinhar għall-ħabta tal-4:00 fi Triq il-Madliena.
Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjoni li saret irriżulta li t-tifel waqa’ waqt li kien qiegħed jilgħab logħba futbol fuq il-bejt ta’ residenza bil-konsegwenza li spiċċa fil-parapett tad-dar.
Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti filwaqt li ambulanza ħadet lit-tifel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Aktar tard it-tifel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>