Internazzjonali

Approvat l-aħħar pakkett ta’ għajuna lill-Ukrajna

L-Istati Uniti approvaw pakkett ta’ għajnuna militari li se jkun qed jingħata lill-Ukrajna – pakketta ta’ madwar $250 miljun, li jinkludi flus għad-difiża tal-ajru u armi żgħar fost l-oħrajn.

Skond Ufficjali Amerikani, dan ser ikun l-aħħar pakkett tat-tip tiegħu, sakemm il-Kungress ma japprovax aktar għajnuna.

Minn naħa tagħhom l-Ukrajna avżaw li jekk mhux ser jingħataw iktar għajnuna, l-isforzi kollha tagħhom ser ikunu f’riskju kbir.

Intant, minkejja li fil-Kungress tal-Istati Uniti il-maġġoranza huma favur li l-Ukreni jibqghu jingħataw iktar għajnuna militari, ir-Republikani ma qablux li jibqgħu jintbatu iktar armi lejn l-Ukrajna u insistew li hemm bżonn iżjed miżuri ta’ sigurta mal-fruntiera ta’ bejn l-Istati Uniti u l-Messiku.

Waqt vot li sar aktar kmieni dan ix-xahar dwar pakkett t’għajuna ta’ $50 biljun lill-Ukrajna u $14-il biljun lil Iżrael ir-Republikani kollha ivvutaw kontra.