Internazzjonali Mużika

Cher trid li tieħu d-drittijiet ta’ binha

Rapporti qed jindikaw li l-kantanta internazzjonali Cher qed tipprova tieħu d-drittijiet finanzjarji kif ukoll drittijiet oħra … fosthom ma min ikun jista’ joħroġ binha Elijah Blue Allman, hekk kif dan għandu dipendenza fuq id-droga u jsoffri wkoll minn problemi mentali.

Dokumenti tal-Qorti jiddeskrivu lil Allman bħala raġel ta’ 47 sena li mhux kapaċi jieħu ħsieb ir-riżorsi finanzjarji tiegħu u li għalhekk għandu bżonn urġenti ta’ persuna li tieħu ħsieb ir-riżorsi finanzjarji tiegħu.

Elaijah Allman qiegħed jistena li jirċievi ammont ta’ flus minn investimenti li kien għamilu missieru, il-mużiċista Gregg Allman – li kien miet fl-2017.

Pero ommu, Cher, skond id-dokumenti tal- Qorti tinsab inkwetata ħafna li binha ser jispiċċa jonfoq dawn il-flus fuq id-drogi, b’riskju li jispiċċa ma jixtrix l-affarijiet neċċessarji li għandu bżonn u b’hekk ipoġġi lil ħajtu f’riskju.

Il-kawża mistenija tinstema fil-5 ta’ Jannar waqt li smigħ għal ordni permanenti huwa skedat għas-6 ta’ Marzu.

Aktar kmieni din is-sena Cher kienet ċaħdet li qabdet 4 irġiel sabiex jaħtfu lil binha, u kienet qalet li din kienet sempliċiment xniegħa.