It-tim tal-Bundesliga RB Leipzig ikkonferma uffiċjalment l-akkwist tal-midfielder ta’ Napoli Eljif Elmas b’kuntratt ta’ erba’ snin u nofs, sas-sajf tal-2028.
Leipzig ikkonfermaw li Elmas se jkun mal-iskwadra ġdida tiegħu għall-ewwel darba meta jivvjaġġaw lejn il-kamp ta’ taħriġ tax-xitwa tagħhom f’La Manga, Spanja fit-2 ta’ Jannar.
Jingħad li Leipzig ħallsu s-somma ta’ €25 miljun għas-servizzi ta’ Elmas, somma li se tgħin lil Napoli jġibu sostitut dirett fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar.
Elmas kien diġà għamel it-testijiet mediċi tiegħu fil-Ġermanja lejn l-aħħar ta’ Diċembru.
Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena kien ingħaqad ma’ Napoli fi ftehim li jiswa €19-il miljun inkluż bonuses mingħand Fenerbahce f’Lulju tal-2019.
//= $special ?>