L-attakkant Portugiż ta’ Wolves Fabio Silva se jingħaqad mal-klabb Skoċċiż Rangers f’Jannar li ġej b’self sa’ Ġunju li ġej.
Rangers mhux se jkollhom l-ebda klawsola li jistgħu jakkwistaw lil Silva b’mod permanenti.
Rangers jinsabu fit-tieni post fil-kampjonat Skoċċiż b’total ta’ 43 punt , b’żewġ partiti inqas minn Celtic fl-ewwel post b’48 punt.
Silva ngħaqad ma’ Wolves fl-2020 għas-somma ta’ € 40 miljun, fejn fl-ewwel staġun mal-klabb huwa lagħab 37 logħba u skorja 6 gowls.
L-attakkant ta’ 21 sena kien meqjus bħala wieħed mill-iktar plejers promettenti ftit ta’ snin ilu, madankollu fi snin riċenti mhuwiex ikun ta’ livell għoli biżejjed, b’dawn il-prestazzjonijiet jirriżultaw li Silva diġa kellu żewġ esperjenzi oħra ta’ self mingħand Wolves.
L-istaġun li għadda, Silva kien misluf darbtejn, bl-ewwel ftit xhur ma’ Anderlecht fil-Belġju, biex imbagħad temm is-sena ma’ PSV fl-Olanda wara li biddel it-tim fis-suq tat-transferimenti ta’ Jannar.
//= $special ?>