Internazzjonali

Fi Florida, ġuvni ta’ 14-il sena joqtol lil oħtu waqt argument dwar ir-rigali tal-Milied

Mara li kienet qed tipprova trażżan argument bejn żewġ ħuta subien, spiċċat maqtula wara li weħed minn ħuta, li għandu 14-il sena sparalha u qatilha. Sussegwentament ħuha l-ieħor ta’ 15-il sena meta ra hekk spara lil ħuħ u għalkemm ma qatlux, darbu serjament.

L-inċident, seħħ f’ Lago fi Florida, dan hekk kif waqt li tlett aħwa kienu qed jixtru r-rigali tal-Milied, flimkien ma ommhom bdew jargumentaw, u komplew jargumentaw anka wara li marru għand in-nannu tagħhom.

Eventwalment l-oħt ta’ 23 sena qalet lil ħutha biex jieqfu jargumentaw speċjalment minħabba l-fatt li kien lejlet il-Milied. F’dak il-mument ħuha ta’ 14-il sena qalilha biex ma tindaħalx inkella jispara lilha u lil binha ta’ 11-il xahar.

Wara li sparalha, iż-żewġt aħwa ħargu barra u kien hawn fejn il-ġuvni ta’15 il-sena spara lil ħuħ u ħarab minn fuq il-post. Bil-Pulizija tieħdu fi sptar mentali, ftit tal-ħin wara li sabuh.