Futbol Sport

Futbol Ingliż: Manchester City jirkupraw fit-tieni taqsima

(Ritratt: EPA)

Manchester City kisbu tliet punti importanti f’Goodison Park kontra Everton biex żammew ħajjin it-tamiet tagħhom li jisfidaw għar-rebħ tal-kampjonat.

Iċ-champions tad-dinja kellhom jistennew sat-tieni taqsima biex aċċertaw mir-rebħa wara li kienu Everton li daħlu jistrieħu b’goal vantaġġ, goal skorjat minn Harrison fid-29 minuta.

Fit-tieni taqsima Foden kiseb il-goal tad-draw u fl-64 minuta Alvarez skorja minn penalty biex poġġa lil Man City għall-ewwel darba fil-vantaġġ.

Lejn it-tmiem Bernardo Silva għalaq il-logħba meta skorja b’lob sabiħ wara żball fid-difiża ta’ Everton.

Fil-logħbiet l-oħra Chelsea kellhom bżonn  penalty fl-aħħar minuti biex rebħu d-derby kontra Crystal Palace.

Mudryk kien fetaħ l-iskor għal Chelsea fit-13-il  minuta iżda Olise kiseb id-draw fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima.

Minuta mit-tmiem il-penalty rebbieħ kien skorjat minn Madueke.

Wolves kisbu rebħa kbira barra minn darhom kontra Brentford. Il-goals ta’ Wolves waslu minn Lemina, Bellegarde u doppjetta ta’ Hee-Chan, bil-goal ta’ konsolazzjoni ta’ Brentford skorjat minn Wissa.