Id-didensur Taljan Matteo Gabbia mistenni li jirritorna ma’ Milan fis-suq ta’ trasferimenti ta’ Jannar.
Gabbia kien ħalla lil Milan fl-istaġun li għadda biex ingħaqad b’self għal staġun mal-klabb Spanjol ta’ Villarreal.
Iżda l-emerġenza li għandhom Milan fid-difiża wasslet lid-diriġenti ta’ Milan biex isejħu lura lil Gabbia.
L-aħħar problema fid-difiża għal Milan kienet dik ta’ Tomori li weġġa l-hamstring fid-draw ta’ 2-2 kontra Salernitana.
//= $special ?>