Ir-raġel li qatel 14-il persuna fl-Università ta’ Praga fir-Repubblika Ċeka ammetta wkoll li kien qatel raġel u t-tarbija tiegħu fil-15 ta’ Diċembru, propju sitt ijiem qabel li wettaq l-attakk fiċ-Charles University.
Il-vittma kellu 32 sena waqt li tarbija kellha biss xahrejn.
L-akkużat ammetta dan f’ittra li ħalla ftit qabel ma kkommetta suwiċidju, wara li kien spiċċa ċċirkundat mill-Pulizija f’daru stess fil-21 ta’ Diċembru.
Kozak kien ukoll qatel lil missieru biex b’hekk qatel total ta’ 17-il persuna.
Intant il-Pulizija qalu li Kozak, li kellu 24 sena, kien fil-lista ta’ suspetati fil-qtil doppju tal-15 ta’ Diċembru u għalhekk espremew id-dispjaċir tagħhom li ma laħqux qabduh qabel l-attakki fuq l-Università.
L-attakk li seħħ fl-università ħalla 14-il persuna mejta, 13 il-persuna mietu fil-post waqt li persuna oħra mietet aktar tard fl-isptar.
25 persuna oħra kienu ndarbu – Biex b’hekk dan huwa l-agħar qtil tal-massa li qatt seħħ fir-Repubblika Ċeka.
Fl-isfond ta’ dan kollu il-Ministru tal-Intern talab lis-Sindki kollha sabiex iħassru ċ-ċelebrazzjonijiet tal-lejlet l-ewwel tas-sena bħala turija ta’ rispett.
//= $special ?>