Lokali

RITRATT: Dan ir-raġel imfittex mill-Pulizija

Il-Pulizija għadha kif ippubblikat dan ir-ritratt ta’ persuna li tinsab mfittxija b’rabta ma’ investigazzjoni li għaddejja.

Dwar dan ir-raġel, ma ingħatat ebda informazzjoni addizzjonali.

Mhux magħruf lanqas fejn deher l-aħħar.

Kull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni dwar dan ir-raġel huwa mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija permezz ta’ messenger, jew iċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija u jiġi kwotat in-numru 25/2023.