Lokali

Tat-taxis joħorġu lit-tfal tal-istituti

Spikkat it-tbissima ta’ numru ta’ tfal tal-istituti illi tul il-jum rikbu f’taxi u qattgħu il-jum tal-Ħamis iduru postijiet differenti għal dawn iż-żminijiet ta’ festi.

U din is-sena l-organizzaturi – il-White Taxi Amalgamated – għażlu li n-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu jqattgħuh f’Monte Cristo fejn għaddew ħin jilgħabu fl-attrazzjonijiet li dan il-post joffri.

Wieħed mill-organizzaturi, Malcolm Ciantar spjegalna t-tħejjija li ssir minn naħa tas-sewwieqa tat-taxis għal din it-tradizzjoni annwali. Organizzatur ieħor, Brian Scicluna spjegalna kemm din l-attività ttihom sodisfazzjoni.

Bil-manager ta’ Monte Cristo Park, Daniela Messina Ferrante qaltilna xi tfisser għalihom li jilqgħu lil dawn it-tfal tal-istituti. Net News tkellem ma’ waħda mis-sorijiet, Suor Firdaus.

U hekk kif it-tfal telqu minn Monte Cristo, iktar tard huma ttieħdu f’ċinema lokali sabiex ikomplu jgawdu dan il-jum uniku.