Tim C Ħamrun 147 rebħu r-Regional Christmas Cup wara li fil-finali għelbu lil Valletta Fossa Boys 13-12. Ħamrun bnew vantaġġ ta’ 5-0 b’Valletta iżda naqqsu l-iskor għal 6-4 u saħansitra marru 10-7 fil-vantaġġ bi frame ‘il bogħod milli jirbħu l-finali.
Reazzjoni minn Ħamrun li rebħu tlett frames konsekuttivi għal 10-10 biex kellha ssir il ħames sessjoni fejn minn 12-12 kien Nordai Desira li rebaħ l-aħħar frame għal Ħamrun.
Fi tmiem il-finali , il-president tal-Malta Blackball Federation Philip Gatt , ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ Tim C Ħamrun 147 Jake Castaldi.
//= $special ?>