Sport Sport Ieħor

Blackball: Marsa FC jirbħu l-Community Christmas Cup

Marsa FC Pool Team rebħu l-Community Christmas Cup organizzata mill-Malta Blackball Federation meta fil-finali li ntlagħbet fil-Fuego Speakeasy Arena għelbu lil Birkirkara Duke’s 11-5.

Marsa kienu ferm konċentrati matul il-partita kollha u ftit ħallew spazju lill-Birkirkara Duke’s.

Il-Marsin fetħu vantaġġ sostanzjali ta’ 5-1 u minkejja li Birkirkara naqqsu l-iskor, huma qatt ma setgħu jżommu lill-avversarji tagħhom milli jiddominaw.

Fi tmiem il-finali, l-uffiċjal fi ħdan il-Malta Blackball Federation Christopher Busuttil ippreżenta t-trofew lill-captain ta’ Marsa FC Pool Team Noel Mizzi.