Sport Sport Ieħor

Ibburdjar: LawConnect jirbaħ ir-Rolex Sydney Hobart 2023

Arthur Lane,Commodore Cruising Yacht Club of Australia, Christian Beck, owner of LawConnect, Benoît Falletti, Managing Director Rolex Australia, Prizegiving. LAWCONNECT, Sail no: SYD 1000, Owner: Christian Beck, Design: Juan K 100 Custom, Country: AUS

LawConnect huwa s-supermaxi-yacht Awstraljan rebbieħ tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-klassika fil-kalendarju tal-ibbudjar bejn Sydney u Hobart.

LawConnect kiseb il-line-honours fuq ir-rivali Andoo Comanche f’wieħed mill-aktar dwelli interessanti fejn iż-żewġ supermaxis ta’ 100 pied żammew il-pożizzjoni fejn xulxin hekk kif fetħu mal-kosta tal-Lvant tal-Awstralja b’differenza minima bejniethom ta’ madwar żewġ mili nawtiċi meta daru fl-aħħar medda fix-Xmara Derwent tat-Tasmania.

LawConnect ta’ Christian Beck għeleb lil Andoo Comanche wara kważi jumejn ta’ tbaħħir b’51 sekonda differenza bejn iż-żewġ jottijiet. L-organizzaturi tat-tiġrija qalu li din kienet it-tieni l-eqreb tmiem fl-istorja ta’ 78 sena prestiġjuża tat-tiġrija megħluba biss mill-edizzjoni tal-1982 li ġiet deċiża b’seba’ sekondi.

Il-flotta ta’ 103 maxi yacht ħarġet minn maltempati bir-ragħad u riħ qawwi minn meta telqet mill-Port ta’ Sydney nhar it-Tlieta. Sal-Ħamis filgħodu l-flotta tnaqqset għal 92 parteċipant.

LawConnect kien ir-runner-up fit-tliet edizzjonijiet qabel din l-edizzjoni, filwaqt li l-favorit u runner-up ta’ dan is-sena Andoo Comanche kien ir-rebbieħ tal-edizzjoni 2022.

Finish line. LAWCONNECT, Sail no: SYD 1000, Owner: Christian Beck, Design: Juan K 100 Custom, Country: AUS ANDOO COMANCHE, Sail no: CAY 007, Owner: John Herman Winning, Design: Vplp Verdier 100, Country: AUS