Lokali

ILLEJLA: Edizzjoni speċjali ta’ NETLIVE b’ħarsa lejn il-ġrajjiet li mmarkaw is-sena 2023

Fis-6:10pm, se tkun qed titwassal edizzjoni speċjali ta’ NETLIVE illi matula l-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Net Television twassal l-analiżi tal-istejjer ewlenin li kkaratterizzaw is-sena li waslet biex tintemm.

Il-features tal-ġurnalisti tagħna jagħtuna togħma ta’ dak kollu li seħħ fl-2023; mill-blackouts saċ-chats sigrieti – mill-kampanja li mexxiet Isabelle Bonnici sad-deċiżjoni storika li ħarġet mill-Qorti dwar Vitals u Steward.

Fis-sena 2023 sellimna wkoll lil diversi personalitajiet popolari, filwaqt li ma naqsux il-kontroversji dwar l-iskart, it-tqaċċit ta’ siġar u l-AirMalta.

Ma jonqosx ukoll li nitfgħu dawl fuq l-aktar mumenti sbieħ tas-sena; partikolarment is-suċċess tal-atleti Maltin fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar.

Ir-Round-Ups tas-sena 2023 huma produzzjoni tal-ġurnalisti ta’ Net News, b’filmati miġbuda mill-camera persons tagħna u bi preżentazzjoni ta’ Robert Cremona.