Illum jibda l-aħħar programm ta’ logħob tas-sena 2023, b’Inter jokkupaw l-ewwel post b’total ta’ 44 punt wara 17-il logħba, 4 punti iktar minn Juventus fit-tieni post. Dawn tal-aħħar b’partita xejn faċli biex jagħlqu s-sena, bil-Bianconeri jaffrontaw lil Roma s-Sibt fid-8:45pm fl-Allianz.
Żewġ timijiet li ġejjien minn rebħiet, b’ Juventus jegħlbu lil Frosinone 2-1 u Roma jiksbu rebħa kruċjali fuq Napoli ta’ 2-0.
Minn naħa l-oħra Inter se jagħmlu parti minn sensiela ta’ partiti li se jintlagħbu llum, bin-Nerazzuri jikkonfrontaw lil Genoa fid-8:45pm barra minn darhom. Fl-istess ħin se tkun ukoll qed tintlagħab il-partita bejn Lazio u Frosinone.
L-ewwel żewġ konfronti tal-lum se jkunu fis-6:30pm, fejn naraw Fiorentina kontra Torino fl-Artemio Franchi, u Napoli kontra Monza fid-Diego Armando Maradona.
Għada jitkomplew iktar partiti mit-18-il ġurnata tas-Serie A, bl-ewwel partita tkun bejn Atalanta u Lecce fin-12:30pm.
Fit-3:00pm naraw żewġ logħbiet oħra, b’ Udinese jospitaw lil Bologna fil-Bluenergy Stadium, kif ukoll konfront missielet fil-parti t’isfel tal-klassifika bejn Cagliari u Empoli.
Żewġ partiti oħra skedati għas-6:00pm, bl-iktar logħba t’interess tkun dik bejn Milan u Sassuolo f’ San Siro, bir-Rossoneri jitilfu 3 minn l-aħħar 5 konfronti kontra Sassuolo.
Il-logħba l-oħra skedata għas-6:00pm hija bejn Verona u Salernitana.
Illum
Fiorentina v Torino 6:30pm
Napoli v Monza 6:30pm
Genoa v Inter 8:45pm
Lazio v Frosinone 8:45pm
Għada
Atalanta v Lecce 12:30pm
Cagliari v Empoli 3:00pm
Udinese v Bologna 3:00pm
Milan v Sassuolo 6:00pm
Verona v Salernitana 6:00pm
Juventus v Roma 8:45pm