Kollox jinsab lest għall-avveniment li se jsir lejliet l-ewwel tas-sena fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta fejn mistennija li jattendu għalih ‘il fuq minn 50,000 persuna.
Matul din is-serata se jipparteċipaw għadd ta’ artisti Maltin.
L-avveniment se jibda b’Lara and the Jukeboys Band, u wara se jkomplu The Palace String Orchestra mmexxija minn Ryan Paul Abela.
Imbagħad hemm line-up b’uħud mill-aqwa kantanti lokali fosthom Emma Muscat, AIDAN, Klinsmann, Jasmine, Drakard, Megan May, u Sarah Bonnici. Eżatt qabel il-countdown, il-preżentaturi flimkien mad-DJ’s Koroma u Miggy ser ikunu qed idoqqu lill-folla.
Is-sena tal-2024 ser tibda b’spettaklu tan-nar u pirotekniċi, wara li s-sena l-oħra kien hemm kontroversja minħabba li ma sarx il-logħob tan-nar kawża ta’ nuqqas ta’ fondi.
Apparti minn hekk għal dan l-avveniment se jkun hemm servizz speċjali tat-trasport pubbliku li se jibqa’ għaddej sa madwar is-2am.
L-avveniment ta’ lejliet l-ewwel tas-sena se jibda fit-8:30pm u se jkompli għaddej sas-2am, filwaqt li se jixxandar live fuq l-istazzjonijiet televiżivi lokali, fosthom NET Television.
//= $special ?>