Lokali Qorti

Miċħuda talba oħra għal libertà proviżorja ta’ ‘Lilu King’

Il-Qorti Kriminali ċaħdet l-aħħar talba għal libertà proviżorja minn Mohamed Ali Ahmed Elmushraty, magħruf bħala ‘Lilu King’, li jinsab akkużat b’involviment fil-kriminalità organizzata, speċifikament – ħasil tal-flus u t-traffikar tad-droga.

Id-deċiżjoni issegwi d-dewmien tal-prosekuzzjoni biex tindika xhieda addizzjonali, u tindirizza l-kwistjoni mhux solvuta ta’ akkużi ġodda. Dan hekk kif issa għaddew seba’ xhur mill-każ.

Elmushraty, li dejjem wieġeb mhux ħati minn meta tressaq il-Qorti f’Mejju, kellu oġġezzjonijiet mit-tim tad-difiża tiegħu meta l-prosekuzzjoni, wara l-ebda akkużi inizjali relatati ma’ droga, f’daqqa waħda esprimiet l-intenzjoni li żżid allegazzjonijiet dwar traffikar tad-droga mal-akkużi. Id-difiża argumentat li din il-bidla sostanzjali kienet teħtieġ li jinbdew il-proċeduri mill-ġdid; pass li jippermetti lix-xhieda kollha jerġgħu jixhdu.

Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech li qed tippresjedi l-kawża ordnat lill-prosekuzzjoni biex issegwi proċeduri legali xierqa u tindika espliċitament ix-xhieda involuti.

Waqt li żammet lura milli tiddeċiedi fuq il-libertà proviżorja, il-Maġistrat irritornat il-każ lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali sakemm tingħata l-informazzjoni mitluba.

U issa…minkejja r-rikors sussegwenti għall-ħelsien mill-arrest mill-avukati difensuri Franco Debono u Jose’ Herrera quddiem il-Qorti Kriminali ippreseduta mill-Imħallef Neville Camilleri, l-Imħallef enfasizza l-kwistjonijiet proċedurali mhux solvuti u r-riskju ta’ tbagħbis tal-provi, li wassal għaċ-ċaħda tal-libertà proviżorja.

Wieħed irid ifakkar li fis-sajf…il-Qorti kienet iddisgustata dwar dan id-dewmien fil-każ ta’ ‘Lilu King’. Dan wara li l-prosekuturi kienu qed isibuha diffiċli biex jipproduċu evidenza kumplessa b’rabta mat-traffikar tad-droga … ili qed jgħidu li huwa nvolut fiha l-Libjan.