Il-Partit Nazzjonalista jilqa’ l-aħbar li l-Gvern se jdaħħal HIV testing fil-hub tal-LGBTIQ+ ta’ Raħal Ġdid. Dan huwa pass fid-direzzjoni t-tajba li ilu meħtieġ, speċjalment meta wieħed iqis ir-rata għolja ferm u inkwetanti ta’ każijiet ta’ HIV f’Malta, kif ukoll ir-riperkussjonijiet ta’ dan il-virus.
Fl-istess waqt, il-Partit Nazzjonalista jkompli jappella lill-Gvern, kif ilu jagħmel tul dawn l-aħħar xhur, sabiex jekk verament għandu għal qalbu l-ħajja u s-saħħa sesswali tan-nies, jonora l-istess wegħda tiegħu u jibda joffri l-mediċini magħrufa bħala PEP u l-PrEP b’xejn lil kull min huwa bżonnhom.
Is-saħħa tan-nies hija important wisq biex isir ftehim sabiex jiġi offrut servizz ta’ ttestjar iżda mbagħad il-Gvern ma jgħinx fil-kura u l-prevenzjoni tal-istess mard.
Dan kollu intqal fi stqarrija maħruġa mid-Deputati tal-Partit Nazzjonalista Graziella Attard Previ u Claudette Buttigieg kif ukoll mill-Forum Opportunitajiet Indaqs Partit Nazzjonalista (FOIPN).
//= $special ?>