Diversi parroċċi f’Malta u Għawdex bħalissa għaddejin bil-perjodu magħruf bħala “il-kwaranturi” – 40 siegħa ta’ adorazzjoni u talb fil-knejjes, waqt li s-sagrament ikun espost għall-pubbliku.
Din it-tradizzjoni tmur lura mijiet ta’ snin, u bdiet minn Milan fejn il-Papa Pawlu III kien appella biex isir dan it-talb ħalli tieqaf il-gwerra li kienet għaddejja fl-Italja bejn żewġ reijiet.
Net News tkellem ma’ Frans Zahra, li tana aktar dettalji dwar din it-tradizzjoni, illi għadha sal-lum issir b’devozzjoni fil-parroċċa taż-Żejtun.
Frans Zahra qalilna wkoll kif jiftakar din it-tradizzjoni meta kienu għadu żgħir.
Il-Viċi Arċipriet tal-Parroċċa, taż-Żejtun Fr Bernard Micallef tkellem ma’ dan l-istazzjoni dwar l-importanza ta’ tradizzjoni bħal din.
Fil-passat, f’pajjiżna kien jintuża’ arloġġ tar-ramel biex ikejlu l-40 siegħa ta’ adorazzjoni. U fil-każ tal-parroċċa taż-Żejtun, dan l-arloġġ żammitu fil-mużew tal-Knisja.
//= $special ?>