Fl-Old Firm Derby, kienu Celtic li ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1 fuq ir-rivali Rangers, biex issa fetħu vantaġġ ta’ tmien punti fil-quċċata tal-klassifika b’Rangers għandhom żewġ partiti inqas, fejn sa din il-partita kienu għadhom ukoll mingħajr telfa.
Paulo Bernardo poġġa lil Celtic fil-vantaġġ fil-25 minuta qabel ma’ Kygo Furuhashi rdoppja wara l-mistrieħ. L-affarijiet komplew ġejjin għall-aħjar għal Celtic hekk kif fil-71 minuta tkeċċa Leon Balogun. Minkejja dan, Rangers naqsu l-iskor fit-88 minuta permezz ta’ freekick mogħti u skorjat minn James Tavernier.
//= $special ?>