Formula 1 Sport

Imut l-eks direttur sportiv ta’ McLaren Gil de Ferran

Tħabbret il-mewt tal-eks direttur sportiv ta’ McLaren u r-rebbieħ ta’ Indiananpolis 500 Gil de Ferran fl-eta’ ta’ 56 sena.

Ferran jidher li miet kawża ta’ attakk f’qalbu u miet fi Florida, fejn minkejja l-isforzi li saru jidher li miet sakemm wasal l-isptar. Ferran ħadem bħala konsulent ta’ McLaren fil-Formula 1 wara li serva bħala direttur sportiv bejn l-2018 u l-2021.

Numru ta’ eks sewwieqa tal-Formula 1 ddiskrivew lil Ferran bħala wieħed mill-aqwa f’xogħlu u bħala persuna mill-aqwa wkoll.

It-tim ta’ McLaren bagħtu l-kondoljanzi lill-familjari tiegħu kif ukoll qalu li Gil kien impotanti u kien jifforma parti integrali mit-tim tagħhom.