Lokali Turiżmu

“In-nefqa kienet inqas għalkemm in-numri kienu stabbli” – il-Kap Eżekuttiv tal-GTA

Għawdex ra influss ta’ ħafna nies fi żmien il-festi; inkluż turisti.

Iżda kif fisser il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu in-nefqa kienet fuq livelli anqas mis-sena li għaddiet. U fi kliem Joe Muscat, dan huwa riżultat tal-piż li qed iħossu n-nies kaġun tad-daqqa tal-għoli tal-ħajja.

Minn naħa l-oħra il-bookings għal-lejlet l-ewwel tas-sena jidhru li imxew sew; kemm għax mistenni jkun temp sabiħ kif ukoll għax lejlet l-ewwel tas-sena inzerta il-Ħadd – u għalhekk dan ifisser long weekend ieħor.

Il-Kap Eżekutiv tal-GTA atenna li n-negozji qed jibqgħu jimmiraw li jattiraw turiżmu ta’ kwalità… u mhux ta’ kwantità biss.

Minn naħa l-oħra s-sena 2024 jidher li se tkun sena impenjattiva, hekk kif il-bookings deħlin sew. Pero dan ma jfissirx li din se tkun sena faċli – għaliex għad hemm diversi sfidi.

Kif fisser Joe Muscat fil-kummenti tiegħu ma’ dan l-sitazzjon, is-sena 2023 kienet sena li laħqet in-numri ta’ qabel il-pandemija. U jidher ukoll li f’termini ta’ numri is-sena 2024 ser tkun simili.