Sport Sport Ieħor

“Inħossni twelidt mill-ġdid” – Emma Raducanu

It-tennista Brittanika Emma Raducanu qalet li tħossa li twieldet mill-ġdid hekk kif qed tkompli bil-preparazzjonijiet tagħha għall-ewwel tournament tal-2024, dak f’Auckland.

Raducanu ilha tmien xhur nieqsa mill-azzjoni u lagħbet biss disa’ partiti matul l-2023. Hi ġiet operata f’idejha t-tnejn li huma u anke fl-għaksa tax-xellug, fejn b’konsegwenza ta’ dan niżlet fil-298 post fir-rankings.

Jekk jirnexxielha tegħleb l-ewwel sfida ta’ dan it-tournament, fit-tieni round se tilgħab kontra Caroline Wozniacki jew Elina Svitolina.

Raducanu se jkollha tilgħab f’round ta’ kwalifikazzjoni sabiex tavvanza għar-round prinċipali tal-Open tal-Awstralja li se jkun qed jibda fl-14 ta’ Jannar.